Morgan Hayat Smith ta’ 25 sena mill-Belġju, ngħata sentenza sospiża u ġie ordnat iħallas €1,000 wara li ammetta li xerred filmat privat tal-eks-tfajla tiegħu fuq Instagram mingħajr il-kunsens tagħha.
L-Ispettur Omar Zammit spjega li l-filmat privat li ġie ċċirkolat mill-akkużat, kien ta’ natura sesswali u ntalbet ukoll ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-mara.
L-Avukat tal-għajnuna legali Mario Caruana qabel mal-Prosekuzzjoni li għandha tingħata sentenza sospiża.
B’hekk il-Maġistrat Astrid May Grima, wara li rtirat sabiex tipprepara s-sentenza, ikkundannat lill-imputat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u multa ta’ €1,000. Il-mowbajls tiegħu kienu wkoll ikkonfiskati. Ħarġet ukoll ordni ta’ restrizzjoni li tipprojbixxi lil Smith milli javviċina l-vittma għat-3 snin li jmiss.