Clint Mercieca ta’ 34 sena nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li wettaq sitt serqiet mill-istess ħanut tal-merċa.
L-akkużat allegatament wettaq dawn ir-reati waqt il-perjodu tal-ħelsien mill-arrest fuq akkuża separata.
Id-Difiża spjegat li l-imputat għandu l-vizzju tad-droga u allegatament wettaq dawn is-serqiet biex jiekol.
Il-Prosekuzzjoni spjegat li waqt l-interrogazzjoni l-imputat ammetta allegatament għamel dawn is-serqiet biex jiekol. Intqal ukoll li l-imputat għandu passat ikkulurit f’dan ir-rigward.
Huwa wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u d-Difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest.
L-akkużat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Is-sentenza se tingħata nhar il-Ħamis li ġej.