Ħaddiem tal-kostruzzjoni ammetta li kkawża ħsarat fuq l-uffiċini ta’ min kien jimpjegah, f’żewġ okkażjonijiet differenti.
Amadou Conteh kien mixli li kkawża ħsarat fuq bieb, sistema tal-intercom u kamera tas-sigurtà permezz ta’ ħadida.
Il-ħsarat li wettaq kienu jammontaw għal aktar minn erbat elef ewro.
Il-Qorti li kienet ippreseduta mill-Maġistrat Charmaine Galea, ikkundannat lill-akkużat sentejn priġunerija, sospiżi għal sitt xhur.