Jesmond Zammit ta’ 55 sena mill-Marsa ngħata sentenza ta’ sentejn priġunerija sospiżi għall-erba’ snin wara li fil-Qorti huwa ammeta li darab raġel ieħor permezz ta’ arma li taqta’ u bil-ponta.
Il-Każ seħħ fil-ħanut ‘Buddies Bar’ fil-Ħamrun fejn l-imputat ta daqqa ta’ sikina lil Joseph Camilleri u kkaġunalu ġrieħi ħfief.
Huwa ġie akkużat ukoll li żamm arma li taqta u bil-ponta mingħajr il-liċenzja tal-Pulizija.
Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Spiridione Zammit.