Taljan ta’ tnejn u tletin sena li jgħix Ħal Luqa ngħata l-libertà proviżorja wara li ammetta fil-Qorti li ta daqqa ta’ ras lil raġel ieħor u kkaġuna ġrieħi gravi f’wiċċ raġel ieħor.
Fil-Qorti nstema’ li l-argument bejn iż-żewġ irġiel kien dwar il-pożizzjoni ta’ cones fuq ir-runway tal-ajruport. Iż-żewġt irġiel jaħdmu ma’ kumpaniji differenti tal-avjazzjoni.
Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Ian Farrugia lliberat lit-Taljan b’diversi kundizzjonijiet fosthom li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien tliet snin.