Awstraljan ammetta li stupra tfajla waqt btala wara li żamma kontra r-rieda tagħha fir-reġjun ta’ Queensland, l-Awstralja.
Il-mara, residenti Liverpool, kienet salvata mill-Pulizija Awstraljana wara li dawn waqqfuha bil-karozza. L-aggressur, Marcus Martin, li dak iż-żmien kellu 22 sena, instab moħbi fuq wara tal-karozza.
Tul il-lejl li għadda, Martin wieġeb ħati ta’ tliet akkużi ta’ stupru, li żamm lit-tfajla kontra r-rieda tagħha, li kkawżalha ġrieħi ħfief, u li pprova jifgaha.
Fil-Qorti intqal kif Martin iltaqa’ mal-vittma f’festin f’Cairns, l-Awstralja, f’Jannar tal-2017. Jidher li huma saru jafu lil xulxin sew u ftehmu biex jagħmlu vjaġġ flimkien lejn Queensland. Minn hemmhekk, l-akkużat beda jżomm lit-tfajla kontra l-volonta tagħha għal erba’ ġimgħat sħaħ.
Dan kollu ntemm f’Marzu tas-sena l-oħra fil-belt ta’ Mitchell, ftit ‘il barra minn Cairns.