Vincent Cucciardi ta’ 45 sena ammetta li seraq żewġ vetturi u fjuwil minn ħames karozzi differenti.
Ix-xahar li għadda huwa kien mixli li seraq vann tat-tip Toyota Hilux minn Triq Luret Cutajar Ħaż-Żebbuġ. Huwa ġie mixli wkoll li fl-istess ġurnata seraq karozza oħra minn San Ġwann, f’Triq Vjal ir-Rihan.
Cuccardi ġie mixli wkoll li seraq fjuwil minn ħames karozzi differenti filwaqt li kien riċediv.
L-imputat ammetta għall-akkużi miġjuba kontrih.
Fis-sentenza tagħha, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Charmaine Galea ordnat li l-imputat jitpoġġa taħt ordni ta’ protezzjoni għal tlett snin sabiex jibqa’ segwit. Barra minn hekk ħarġet l-ordni ta’ trattement għal tlett snin minħabba l-vizzju tad-droga li jħaddan.
Il-Qorti wissiet lil Cucciardi biex isewgi l-ordnijiet imposti fuq mill-Qorti.