Ronald Urry ta’ 54 sena ntbgħat tliet snin ħabs wara li fil-qorti ammetta li wettaq hold up f’ħanut tal-merċ f’Santa Venera.
Il-każ seħħ fil-ħamsa ta’ Novembru fejn żewġ nisa nżammu kontra r-rieda tagħhom u saħansitra kellhom ukoll sikkina ppuntata lejhom. Urry ammetta fit-tieni ta’ Diċembru li għadda seraq flus u oġġetti oħra minn karozza pparkjata fin-naxxa kif ukoll li kkawża xi ħsarat f’vetturi oħra.
Minkejja l-Qorti ordnat ir-revoka tal-ħelsien mill-arrest, il-Maġistrat Ian Farrugia ma ordnax li tiġi kkonfiskata l-garanzija personali ta’ tlettin elf ewro.
Fil-Qorti, l-imputat ammetta li huwa maħkum mill-vizzju tad-droga- bil-Maġistrat ordna li jingħata t-trattament meħtieġ.