Munir Mohammed Ali Gammudi ingħata sentenza ta’ sentejn u nofs priġunerija wara li ammetta li seraq minn żewġ appartamenti f’Lulju u Awwissu tas-sena l-oħra.
Fiż-żewġ serqiet, li seħħew fiż-Żebbuġ u f’San Pawl il-Baħar, l-ammont misruq qabeż l-elfejn u tliet mitt ewro.
Fil-Qorti nstema’ kif l-akkużat għandu permess ta’ residenza f’Malta u għandu problema ta’ abbuż minn sustanzi.
Apparti s-sentenza ta’ priġunerija, l-imputat huwa ordnat iħallas tlett elef u seba’ mitt ewro fi spejjeż tal-Qorti.