Jehiel Falzon, ta’ seba u għoxrin sena li joqgħod Ħaż-Żabbar ammetta li seraq minn fuq mara ta’ 66 sena f’Ħaż Żabbar u seraq ukoll minn karozza.
L-Avukat difensur saħaq li l-imputat għandu l-problema tad-droga u għalhekk talab biex jingħata għajnuna għal din il-problema.
Is-sentenza tal-akkużat se tingħata nhar it-Tlieta li ġej.