Brandon Luke Meilaq ta’ 35 sena minn Ħaż-Żabbar ammetta li seraq minn dar li fiha tgħix anzjana u minn karozza ta’ anzjana oħra f’Ħaż-Żabbar stess.
Intqal kif dan il-każ seħħew fl-11 u fl-14 ta’ Jannar li għadda.
L-akkużat, li fil-Qorti ntqal li jagħmel użu mid-droga, ġie akkużat ukoll li weġġa’ ħafif lill-anzjana u li huwa riċediv.
Intqal kif fis-serqa mill-karozza seraq €70 mill-karozza.
L-akkużat ammetta kemm waqt l-interogazzjonijiet mal-pulizija u fil-Qorti.
Il-Qorti se ttih is-sentenza x-xahar id-dieħel.