Leandross Cutajar intbagħat sentejn ħabs wara li ammetta għall-akkużi ta’ serq minn sit ta’ kostruzzjoni fis-sittax ta’ Marzu, fost oħrajn.
Quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia ntqal ukoll li l-akkużat kellu l-ħsieb li jwettaq serqa oħra fil-21 ta’ Marzu, liema serqa ma’ seħħitx minħabba raġunijiet ulterjuri.
L-akkużat li għandu 36 sena u li huwa minn Ħaż Żabbar kien ukoll riċediv.
L-imputat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u qal li għandu l-problema tad-droga.
Hekk kif il-Maġistrat ikkundannah b’sentenza ta’ priġunerija huwa wissieh sabiex isib tarf tal-problema tad-droga.