Gabriel Giuseppe Munda, Taljan li joqgħod il-Mellieħa ammetta li seraq laptop minn ħanut fil-Belt.
Huwa nqabad mill-kameras tas-sigurtà ħiereġ mill-ħanut bil-laptop taħt il-ġakketta, u ġie arrestat meta ntlemaħ fil-Mellieħa mill-pulizija tal-RIU.
Il-Qorti qieset li huwa ammetta fi stadju bikri u kkopera mal-Pulizija.
Minħabba l-kondotta nadifa tiegħu u l-fatt li rritorna l-laptop huwa ingħata sentenza sospiża għal sentejn.