Kiro Trajkovski, Maċedonjan ta’ 37 sena weħel sentenza sospiża wara li ammetta li seraq flixkun inbid aħmar u energy drink minn ħanut tal-merċa u li hedded lis-sid tal-ħanut b’sikkina.
Huwa ġie mixli wkoll li kellu arma li taqta’ u bil-ponta mingħajr liċenzja tal-pulizija u li kiser il-paċi pubblika.
Fil-Qorti l-Prosekuzzjoni mmexxija mill-ispetturi Clayton Camilleri u Andrew Agius, spjegat li s-Sibt filgħaxija rċeviet rapport dwar serqa minn ħanut tal-merċa f’Birkirkara.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-filmati tas-CCTV kien jidher li l-aggressur kien armat. Minn hemmek bdiet tfittxija għall-akkużat u ġie arrestat.
Il-Prosekuzzjoni kompliet tgħid li l-akkużat ikkopera bi sħiħ mal-Pulizija.
Id-Difiża qalet l-akkużat kien dispjaċut ħafna ta li għamel u kienx ħaqqu jmur il-ħabs għax seraq flixkun Lachryma Vitis u Red Bull.
Wara li semgħet is-sottomissjonijiet il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Leonard Caruana, kkundannatu sena ħabs sospiżi għal tliet snin.