Oivend Xuereb, ta’ 38 sena minn San Pawl il-Baħar, ammetta quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud li seraq fittings tad-dawl u l-ilma u oġġetti oħra li b’kollox jiswew €2,000, għad dannu ta’ numru ta’ persuni residenti fi Triq il-Ħuttaf, il-Mosta.
Xuereb kien jaħdem ma’ kuntrattur tal-bini u l-każ seħħ f’Awwissu li għadda. Fost il-vittmi hemm Rachelle Lynn Borg, Josephine Borg u Anne Marie Abela, li kkonfermaw fil-Qorti li ħafrulu u li ħallashom kollox lura.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Qorti lliberat lill-akkużat, bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi tliet snin.