Joseph Muscat ta’ tmienja u tletin sena li jgħix Ħaż-Żabbar inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti u ammetta li seraq e-scooter.
Fil-Qorti nstema’ li Muscat kellu problemi tad-droga fil-passat, iżda issa jinsab meħlus mill-vizzju, minkejja dan huwa xorta waħda għandu problemi ta’ saħħa fiżika u mentali.
Fil-fatt, meta l-Pulizija staqsewh għalfejn seraq din l-iscooter, huwa wieġeb li ma jafx.
Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, liema talba ġiet oġġezzjonata mill-prosekuzzjoni, hekk kif hemm biża li l-imputat jista’ jispiċċa bla saqaf fuq rasu.
Il-każ ġie diferit għad-disgħa u għoxrin ta’ Settembru, fejn sadattant, se jsir rapport fuqu minn espert, sabiex jiġi deċiż l-aħjar kastig għall-imputat.