Raġel ta’ erbgħa u tletin sena miż-Zimbabwe ammetta li seraq mobile u oġġetti oħra mingħand tfajla ta’ tmintax-il sena fil-Marsa.
Fil-Qorti llum, il-Prosekuzzjoni spjegat kif fil-ħamsa ta’ Marzu għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata b’serqa fi Triq is-Serkin fil-Marsa.
L-akkużat ġie identifikat mill-istess ġakketta li kien liebes waqt li seħħ ir-reat.
L-akkużat ammetta wkoll li hu riċediv.
Fil-Qorti ntqal kif l-akkużat m’għandux impjieg.
Id-difiża talbet li l-akkużat jibda’ programm ta’ rijabilitazzjoni minħabba li għandu l-vizzju tad-droga.
Is-sentenza se tingħata fid-disgħa u għoxrin ta’ Marzu.