Carmel Azzopardi ta’ 55 sena minn l-Imsida baqa’ jinżamm arrestat wara li ammetta li seraq b’€10,000 djamanti.
Azzopardi ġie akkużat li bejn it-8 u d-9 ta Ġunju li għadda, seraq djamanti b’valur ta’ aktar minn €10,000 mingħand diversi ħwienet.
Fil-Qorti nstema’ li Azzopardi għandu problema ta’ droga kokaina u li kaġun ta’ dan kellu ammont kbir ta’ dejn.
Fuq il-pedana ta xhieda telgħet Marica Cassar, li taħdem il-Caritas, li spjegat li Azzopardi attenda programm wieħed b’suċċess li tipprovdi din l-aġenzija.
Fil-Qorti ġie spjegat li d-djamanti li nsterqu ma ġewx ritornati.
Wara li ġiet sospiża is-seduta, Azzopardi spjega li se jagħti l-informazzjoni kollha li għandu aċċessibbli u jikkollabora mal-pulizija dwar lil min biegħ dawn id-djamanti.
Huwa talab għall-ħelsien mill-arrest.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Nadine Lia ma laqgħetx it-talba tal-ħelsien mill-arrest u ddeferit il-każ għal ġimgħa dieħla sabiex tagħti ħin lil Azzopardi biex jagħti l-informazzjoni kollha li għandu.