Libjan ta’ 26 sena residenti r-Rabat Għawdex tressaq il-Qorti b’akkuża li seraq mobile, u fl-istess ġurnata seraq flixken tax-xorb, tablet, u flus kontanti fost oħrajn minn ristorant fix-Xlendi.
Huwa kien akkużat ukoll li huwa riċediv.
Il-Libjan wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u se jinżamm arrestat mill-Pulizija.