Raġel wieġeb ħati għall-akkuża relatata mat-titjira li fiha miet il-plejer Emiliano Sala.
David Henderson ta’ 67 sena, ammetta li pprova jirranġa titjira għal passiġġier mingħajr permess jew awtorizzazzjoni.
L-ajruplan, li kien qed iġorr lill-plejer Arġentin, kien fi vjaġġ minn Franza għal Wales u iġġarraf fil-kanal Ingliż f’ Jannar tal-2019, wara li l-player kien inxtara minn Cardiff City mingħand Nantes għal kważi 17-il miljun ewro.
David Henderson se jgħaddi ġuri iżda ċaħad l-akkuża li pperikola s-sigurtà tal-ajruplan.