Fil-Kanada, Bruce Mc Arthur ammetta li bejn l-2010 u l-2017 qatel tmien irġiel. Bil-parti l-kbira tagħhom kellhom x’jaqsmu maż-żona magħrufa bħala Toronto Gay Village, u kienu immigranti min-Nofsinhar tal-Ażja jew il-Lvant Nofsani.
Ir-raġel ta’ 67 sena li kien jaħdem bħala landscaper u ġardinar, kien arrestat f’Jannar li għadda, u rriżulta li l-iġsma tal-vittmi tiegħu kienu nstabu f’pots tal-pjanti.
Is-smigħ se jibda fl-erbgħa ta’ Frar. Kull qtil jista’ iġib miegħu sentenza ta’ għomor il-ħabs, li jfisser li jkun jista’ japplika biex jinħeles meta jkollu 91 sena.