Raġel f’Ċipru ammetta li qatel seba nisa u bniet f’dak li l-midja lokali qed tgħid li huma l-ewwel serje ta’ qtil fil-gżira. Żewġ iġsma nstabu f’xaft iktar kmieni dax-xahar, filwaqt li t-tielet wieħed instab il-Ħamis. Huma kollha kienu Filippini.
Is-suspettat ewlieni, li huwa uffiċjal Grieg-Ċiprijott tal-armata u li għandu 35 sena, qed jingħad li ammetta għal iktar qtil. Bil-pulizija issa qed tfittixhom skont l-informazzjoni li ta hu stess. Fost il-vittmi hemm mara li hija Indjana jew min-Nepal, u kif ukoll Rumena u t-tifla tagħha ta’ tmien snin.
Hemm nieqsa wkoll tifla ta’ sitt snin, li hija bint waħda mill-vittmi