Ingliż ammetta li qatel lill-maħbuba tiegħu wara relazzjoni twila.
Michael Stirling ta’ 32 sena kien akkużat li qatel lil Samantha Eastwood, li taħdem bħala infermiera fi sptar fi Stoke-on-Trent, l-Ingilterra, bejn is-26 ta’ Lulju u l-5 ta’ Awwissu li għadda.
Il-vittma kienet ilha rrappurtata nieqsa għal tmint ijiem sħaħ, meta l-katavru tagħha nstab f’liżar, b’ħalqha u wiċċħa mgħottija b’tape, f’żona mwarrba.
Stirling ammetta li qatel l-eks maħbuba tiegħu f’Qorti f’Northampton nhar it-Tnejn. Id-difiża qalet li l-qtil tagħha seħħ minħabba tensjoni li kienet ilha tinħass bejn l-koppja wara ‘relazzjoni intensiva għall-aħħar’.