Il-voluntier li kien jaħdem bħala gwardjan fil-Katidral ta’ Nantes reġa’ ġie arrestat b’rabta man-nirien li qerdu partijiet mill-istess katidral. Il-midja Franċiża qed tirraporta li prosekutur fil-każ qal li s-suspettat ammetta li kien hu li kkawża n-nirien.
Aktar kmieni din il-ġimgħa r-raġel ta’ 39 sena minn Irwanda inizjalment kien interrogat mill-pulizija wara li seħħ il-każ, madanakollu, huwa kien inħeles mingħajr akkuża fil-konfront tiegħu.
L-avukat li qed jidher għas-suspettat qal li r-raġel, li ismu ma ġiex imxandar, jinsab iddispjaċut ferm għal dak li għamel.