Abdifatah Eidle ta’ 21 sena mis-Somalja ntbagħat disa’ xhur ħabs wara li ammetta li kellu fil-pussess tiegħu dokumenti foloz.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li s-Somalu nqabad b’passaport u permess tar-residenza Ġemaniża foloz fl-Ajruport fejn kien se jużahom biex jipprova jitlaq minn Malta.