Beyene Fessahatsion Weldeabzghil, Eritrean ta’ 33 sena, inżamm arrestat wara li ammetta li pprova jistupra tfajla waqt li kienet fi triqitha għax-xogħol fil-Furjana.
Il-Maġistrat Giannella Camilleri Busuttil semgħet kif il-Pulizija rċevew rapport dwar persuna li x’aktarx qed tiġi stuprata qrib ġonna fil-lokal.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-vittma qalet lill-Pulizija kif l-akkużat qabeż fuqha waqt li kienet miexja għax-xogħol u pprova jkollu x’jaqsam magħha.
Minn hemm hi bdiet tgħajjat u rnexxielha tirreżisti fejn kien dak il-ħin li l-Pulizija waslet fuq il-post u arrestat lir-raġel.
Is-sentenza se tkun qed tingħata fil-ġimgħat li ġejjin, filwaqt li l-akkużat baqa’ miżmum arrestat.