Żagħżugħ ta’ 21 sena minn Ħal Qormi ngħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li kien kompliċi f’attentat ta’ serqa minn dar privata f’Birkirkara.
L-akkużat, Melchoir Portelli, ammetta li nhar it-28 ta’ Lulju li għadda kien parti minn komplott biex jisirqu mid-dar ta’ Jason Ciantar f’Birkirkara. Miegħu kien hemm ukoll tliet persuni oħra.
Il-Prosekuzzjoni u l-investigazzjonijiet f’ dan il-każ tmexxew mill-Ispettur Elton Taliana, li fl-aħħar ġimgħat ressaq it-tliet persuni oħra l-qorti b’ rabta ma’ dan l-attentat ta’ serqa.
Tnejn minnhom ma’ ammetewx l-akkużi miġjuba kontrihom. Wieħed minn dawn qed jinżamm il-ħabs u ieħor ingħata l-libertà proviżorja.
Żagħżugħ ieħor li wkoll tressaq b’ rabta ma’ dan il-każ ingħata sentenza sospiża wara li kien ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.