Sudaniż t’għoxrin sena ntbagħat sitt xhur ħabs wara li ammetta li fil-wieħed u għoxrin ta’ Marzu, ipprova jaħrab minn Malta billi nħeba f’kontejner fuq il-Katamaran li kien sejjer Sqallija.
Fil-Qorti nstema’ kif l-akkużat riċentament skadielu l-permess biex jgħix fiċ-ċentru l-miftuħ ta’ Ħal Far u meta ma setax isib xogħol, spiċċa jorqod f’parkeġġ fil-Marsa.
Il-Maġistrat tal-Għassa Nadine Lia spjegat lill-imputat kif il-Qorti għandha idejha marbuta fl-għoti tas-sentenza, iżda ħeġġitu biex jirrikorri għall-għajnuna li teżisti għal nies f’sitwazzjoni simili.