Libjan ta’ 28 sena ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ametta li ipparteċipa f’serqa minn appartament fl-2016.
Abdulkarim Mohamed El Magtouf kien akkużat li seraq ġojjelli u flus b’valur ta’ aktar minn €2,300 minn appartament fl-Imsida.
Il-persuni li kienu jgħixu fl-appartament naqqsu milli jagħtu x-xhieda tagħhom wara li ma baqgħux jgħixu f’Malta.
L-akkużat wieġeb ħati, iżda qal li kien biss kompliċi fis-serqa u ma seraq xejn hu.
Il-Qorti tatu l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €2,000. Huwa ġie ordnat sabiex jagħti l-karta tal-identità u l-Passaport lill-qorti u jiffirma fl-għassa ta’ Birzebbuġa.
Il-kaz ġie diferit għat-13 ta’ Awissu fejn mistenni li jingħata l-verdett finali.