Uffiċjal Sudaniż ċaħad l-allegazzjoni li kien hemm minn tal-inqas 100 persuna li nqatlu minn dipartiment militari waqt protesti fis-Sudan, fejn qal li l-aktar li nqatlu kienu 46 persuna.
Tobba, li huma assoċjati mal-oppożizzjoni, qalu li minn tal-inqas inqatlu mitt persuna fil-kapital, Khartoum, waqt protesti favur id-demokrazija.
Qalu li madwar 40 katavru nġabar mix-xmara Bile f’Khartoum.
L-awtoritajiet għall-ewwel ma tkellmux, iżda uffiċjal mill-ministeru għas-saħħa issa qal li kien hemm sitta u għerbin imwiet.