Artan Coku ta’ tletin sena ammetta li ma riedx jixhed f’kawża kontra Daniel Muka u oħra kontra Begtash Muka, b’rabta ma’ serqa bl-armi minn Diamonds International fl-2017.
Dan wara li fi Frar, l-istess Coku kien ammetta għall-involviment tiegħu fis-serqa, u għalhekk kien ingħata sentenza ta’ erba’ snin priġunerija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Bħalissa, Coku qiegħed jistenna sabiex jiġi deportat lejn l-Albanija.
Il-Qorti mistennija tagħti sentenza b’rabta mal-fatt li Coku ma jridx jixhed fiż-żewġ kawżi aktar tard dan ix-xahar.