Jon Charles Seabrook ta’ 38 sena ġie akkużat li seraq madwar €120 wara li kien jagħmilha ta’ pulizija u javviċina lil kull min jara bla maskra u jgħidilhom iħallsuh.
L-akkużat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Il-prosekuzzjoni spjegat kif minħabba l-fatt li l-imputat ikkopera mal-puliizja u ta ammissjoni bikrija hija qalet li tkun sodisfatta anke b’sentenza ta’ sena u nofs priġunerija.
Id-difiża kkonfermat li bi qbil mal-prosekuzzjoni iż-żewġ partijiet ikunu kuntenti b’din is-sentenza.
Il-Qorti tatu sentenza ta’ 18-il xahar priġunerija filwaqt li l-maġistrat Marseanne Farrugia appellatlu biex juża dan iż-żmien biex jirriforma ruħu.