“Mhux qed ngħid li ma kienx hemm qbil” – qal dan Simon Busuttil dwar il-mod kif inħarġu d-dokumenti tal-vot.
Minkejja dan il-qbil, Busuttil qed ikompli jimmina u jipprova jiddistabilizza l-proċess elettorali.
Ilbieraħ il-Partit Laburista spjega li kienu ilhom għaddejjin diskussjonijiet mal-kummissjoni Elettorali dwar il-mod kif isir id-dokument tal-vot.
Erba’ mill-Membri tal-Kummissjoni Elettorali huma appuntati direttament mill-istess Kap tal-Oppożizzjoni. Iżda Simon Busuttil dalgħodu wieġeb għal dan kollu billi qal li hija “kwistjoni ta’ delivery”.
Il-Partit Laburista isostni li dejjem għandek taċċetta l-ġuddizju tal-poplu, jkun xi jkun ir-riżultat. Li jkollok lil xi ħadd li tant hu ddisprat li jasal biex jipprova jimmina l-proċess demokratiku tal-pajjiż sempliċiment biex forsi jipprova jaħbi d-disprament politiku tiegħu, timmerita kull kundanna immaġġinabbli.