David Fuller ammetta li meta kien jaħdem f’ żewġ sptarijiet kellu x’ jaqsam ma’ madwar mitt katavru ta’ mara.
Fuller, li huwa Ingliż u li għandu sebgħa u sittin sena, ammetta li wettaq dan l-abbuż fuq medda ta’ tnax-il sena f’ żewġ sptarijiet f’Kent fejn hu kien jaħdem bħala electrician.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa instab ħati wkoll li qatrl żewġ tfajliet lura fl-1987.
Il-pulizija sabulu eluf ta’ ritrati u vidjows pornografiċi, inkluż ta’ tfal minoreni, kif ukoll filmat li fih Fuller kien irrekordja lilu nnifsu jabbuża sesswalment mill-katavri fl-isptarijiet.
Fuller għad irid jingħata s-sentenza għal dawn ir-reati, wara li kien għadda ġuri li fih instab ħati.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ ġiet tiswa’ £1.5 miljun u kienet tinvolvi madwar 150 pulizija.