Żagħżugħ ta’ tmienja u għoxrin sena mill-Maċedonja weħel sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ammetta li kien fil-pussess ta’ sikkina u bott pepper spray.
Trajan Bodgaovski tressaq il-Qorti wara li jumejn ilu sar rapport li fis-Swieqi kien hemm żewġ persuni qed jippruvaw jiftħu karozza pparkjata.
Apparti s-sentenza sospiża, ir-raġel intalab iħallas multa ta’ tmienja u ħamsin ewro.