Raġel ta’ 48 sena minn San Pawl il-Baħar ammetta akkużi b’rabta ma’ pornografija tat-tfal.
Fil-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Victor Axiak intqal kif il-Pulizija għamlet rejd fid-dar tal-akkużat, fejn hemmek sabet materjal pornografiku fuq il-kompjuter tiegħu ta’ żewġt itfal ta’ tlettax u erbatax-il sena.
Ġie spjegat ukoll kif ir-raġel għandu kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali.
Il-Qorti ordnat ukoll biex l-akkużat jibqa’ jinżamm arrestat f’sezzjoni apposta fil-Faċilità Korretiva ta’ Kordin.