Somalu li għandu tletin sena kien ikkundannat sentejn ħabs u ħames mitt ewro multa wara li wieġeb ħati għal pussess aggravat tal-ħaxixa tal-kannabis li nstabu f’ċirkostanzi li ma kinux juru li s-sustanza kienet għall-użu personali tiegħu.
Hu ġie mixli wkoll li għamel ir-reat fil-viċinanzi ta’ stabbiliment tad-divertiment.
Fil-Qorti s-Somalu assistit maill-Avukat tal-għajnuna legali Charmaine Cherrett, sostna diversi drabi li d-droga kienet għall-użu personali tiegħu u saħansitra qal li kien seraqhom.
Waqt tfittxija nstabu tnejn u erbgħin pakketti mimlija ħaxixa tal-kannabis.
Fil-Qorti s-Somalu sostna diversi drabi li d-droga kienet għall-użu personali tiegħu u saħansitra qal li kien seraqhom.
Ir-raġel għal diversi drabi kkonferma li xtaq iwieġeb ħati minkejja s-sentenza effettiva ta’ ħabs għaliex ried iġorr ir-responsabbilità tal-azzjonijiet tiegħu.