Ramon Attard ta’ 26 sena minn Birżebbuġa nżamm arrestat wara li ammetta li fil-pussess tiegħu kellu d-droga sintetika.
Fil-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat tal-Għassa Elaine Mercieca, ġie spjegat kif l-imputat kien għadu kif temm programm ta’ rijabilitazzjoni għal kontra d-droga jumejn ilu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Prosekuzzjoni spjegat kif iż-żagħżugħ ġie arrestat l-Erbgħa li għadda wara li naqas milli jmur jiffirma fl-għassa u b’hekk naqas milli jobdi l-kundizzjonijiet imposti fuqu f’każ separat.
Id-difiża qalet kif l-akkużat kellu argument ma ommu li wassal biex jerġa’ jfittex id-droga.
Is-sentenza se tkun qed tingħata nhar it-Tnejn li ġej hekk kif il-Pulizija għadha trid tinforma l-Qorti fuq l-ammont eżatti li nstab fil-pussess ta’ Attard.