Ċertu David Carey minn North Tyneside fl-Ingilterra wieġeb ħati li kellu fil-pussess tiegħu aktar minn 9,000 ritratti u filmati ‘estremament offensivi’ ta’ tfal. Uffiċjali tal-Pulizija qed jgħidu li huma fost l-iktar materjal gravi li qatt ġie f’idejhom. Minbarra li ammetta li kellu din il-librerija fil-pussess tiegħu, ammetta wkoll li ddistribwixxa materjal ta’ dan it-tip lil ħaddieħor.
Ir-raġel ta’ 33 sena kellu wkoll 73 ritratt u 91 filmat ta’ pornografija estrema fejn in-nies jagħmlu s-sess mal-annimali. Carey, li jgħix ma’ ommu anzjana, ammetta 13-il offiża miġjuba kontrih bejn l-2012 u l-2016.
Il-każ tiegħu se jkompli jinstema’ lejn l-aħħar ta’ Marzu u sadanittant tqabbad jara psikjatra. Huwa tqabbad jiffirma f’reġistru ta’ persuni li għamlu offiżi sesswali u kien rilaxxat fuq libertà proviżorja.
