Raġel li ammetta li hedded, iffastidja u darab ħafif lis-sieħba tiegħu, ingħata l-ħelsien mill-arrest sakemm ikun konkluż ir-rapport ta’ qabel tingħata s-sentenza.
Dan hekk kif mitlub mill-avukata tal-għajnuna legali li qed tassistih. Il-każ seħħ fit-3 ta’ Jannar fir-residenza tal-akkużat f’Ta’ Xbiex.
L-akkużat ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €8,000.