Camara Soufiane ta’ 37 sena minn Franza ingħata sentenza sospiża wara li ammetta li attakka lis-sieħba tiegħu waqt li kienu btala f’pajjiżna.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-Qorti nstema’ kif il-Pulizija daħlilha rapport mis-sieħba tal-imputat, li qalet li ħebb għaliha l-imputat waqt li kienu f’Malta għal btala.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Omar Zammit qalet li din bdiet minħabba argument, u li l-mara sofriet minn ġrieħi ħfief.
Il-Qorti kkundannatu għal sitt xhur priġunerija sospiżi għal tmintax-il xahar flimkien ma’ multa ta’ mitejn u ħamsin ewro.