Niġerjan ta’ 36 sena ammetta li ħebb għal tliet membri tal-Korp tal-Pulizija mit-Taqsima tal-RIU wara li l-Pulizija marru jkellmuh fuq rapport li kien daħlilhom minn mara li allegat li kienet ġiet stuprata.
Irriżulta li dan ir-raġel, li jgħix f’appartament f’Ħal Safi, ma kellu x’jaqsam xejn ma’ xi każ ta’ stupru li kien irrappurtat minn prostituta.
In-Niġerjan li jaħdem fil-kostruzzjoni u anke f’ristorant spiċċa jhedded u jħebb għal surġent u żewġ kuntistabbli meta kienu qegħdin jaqdu dmirhom.
Huwa ammetta li rreżista bi vjolenza lit-tliet membri tal-Korp tal-Pulizija u lil wieħed minnhom għamillu ħsara fil-mobile valur ta’ 160 ewro.
Il-Qorti ppreseduta miIl-Maġistrat Claire Stafrace kkundannat lill-akkużat disa’ xhur ħabs sospiżi għal 18-il xahar.