Tork ta’ 47 sena li joqgħod tas-Sliema ammetta quddiem il-Qorti li nhar is-Sibt li għadda, ħażżeż graffiti fil-ponta ta’ Tignè.
Fil-Qorti, l-Ispettur Bernardette Valletta qalet li l-imputat kellu xi jgħid mal-mara tiegħu u ried jagħtiha sorpriża bi stqarrija pubblika fuq ħajt ta’ proprjetà pubblika.
Il-Qorti semgħet lir-rappreżentant ta’ kumpanija tal-kostruzzjoni f’Malta, li timpjega lill-imputat, jiddikjara li l-kumpanija se tobbliga ruħha li twettaq ix-xogħol meħtieġ biex tirranġa l-ħsara fi żmien ġimgħa.
Il-prosekuzzjoni m’oġġezzjonatx għal dan l-arranġament u l-Qorti għalhekk illiberat lit-Tork bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien tliet snin.