Rudgear Scerri ta’ 21 sena weħel multa ta’ €50,000 u sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għall-erba’ snin, wara li ammetta li bagħbas f’logħob tal-futbol tat-time ta’ Ħ’Attard.
Quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea, Scerri kien akkużat li kien involut f’manipulazzjoni ta’ attività sportiva u li rċieva flus minn imħatri mingħajr il-liċenzja neċċessarja.
Il-Prosekuzzjoni qalet kif l-imputat ġie arrestat hekk kif sar rejd fid-dar fejn joqgħod, fejn fil-fatt inqabad ikellem xi plejers dwar tixħim.
Il-pulizija qalet kif fi tfittixijiet fid-dar instabu bejn €20,000 u €30,000 fi flus kontanti.
Il-pulizija qed tkellem diversi persuni suspettati dwar dan il-każ.