Eġizzjan ammetta li għen lil sieħbu biex jistupra żagħżugħ Filippin fil-ġnien tal-Mall fil-Furjana. Ir-raġel ammetta ukoll li uża l-vjolenza biex seraq il-flus kontanti u l-mobile li kellu l-Filippin.
Dan il-każ seħħ fit-31 ta’ Awwissu 2015. Dakinhar intalbet l-għajnuna tal-Pulizija mill-ġnien tal-Mall, meta ż-żagħżugħ kien qal lill-Pulizija li żewġ Għarab armati b’sikkina aggredewh u serquh.
Iż-żewġ Eġizzjani kienu ġew identifikati hekk kif wieħed mill-agressuri bil-fixkla ħalla l-mobile warajh. Kien biss aktar tard li l-Filippin informa lill-Pulizija li kien ġie ukoll stuprat mill-Eġizzjani.
L-akkużat, Helmy Mohammed Helmay Elmosaty ta’ 26 sena, fil-bidu ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih. Madanakollu huwa ammetta li kien kompliċi fi stupru vjolenti aktar tard fil-proċeduri, hekk kif għen lil Ramy Gamal Elasrag ta’ 35 sena biex jistupra lill-Filippin.