Student ta’ 18-il sena minn San Ġwann, u li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, tpoġġa fuq probation u fuq ordni ta’ trattament għal tliet snin wara li ġie ammetta li ġibed filmati ta’ studenti oħra subien waqt li kienu qegħdin jużaw it-toilet.
Il-Prosekuzzjoni spjegat li fil-mobile tal-istudent nstabu żewġ filmati li fihom jidhru żewġ studenti.
Hija spjegat li rċeviet ilment mingħand student ieħor, li ra lill-akkużat jiġbed il-filmat mit-toilet ta’ ħdejn dak li kien fih.
L-akkużat ammetta l-akkużi kollha miġjuba kontrih.