Raġel Brittaniku tpoġġa taħt probation u ġie ordnat biex ma javviċinax u lanqas ikellem lill-eks sieħba tiegħu wara li ammetta li ffastidjaha u heddidha.
Fil-Qorti quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud. Martyn Paul Underwood ta’ 41 sena minn Birżebbuġa wieġeb ħati li ffastidja lill-eks sieħba tiegħu u kif ukoll li ħolqilha biża’ li se tintuża l-vjolenza fuqha.
L-avukat tal-akkużat, Simon Micallef Stafrace, qal lill-Qorti kif l-akkużat jaħdem u jgħix Malta u se jibqa’ jgħix fl-istess residenza li kien joqgħod mal-eks sieħba tiegħu.
Il-Qorti wara li qieset kollox, poġġiet lill-akkużat taħt probation ta’ tliet snin, kif ukoll ħarġet ordni ta’ protezzjoni ta’ tliet snin favur l-eks sieħba tiegħu kif ukoll ordnatlu biex jirċievi għajnuna biex jegħleb il-vizzju tax-xorb.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Roderick Attard.