Jordi Rojo Sanchez ta’ tlieta u tletin sena minn Barċellona ammetta li l-Ħadd għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ filgħodu kien qed jixrob fuq bajja ma’ grupp ta’ aktar minn sitt persuni u kien bla maskra.
Fost oħrajn, ġie mixli li hedded surġent, m’obdiex ordnijiet u fera ħafif lill-istess surġent.
Fil-Qorti ġie spjegat li r-raġel kien fuq bajja ma’ grupp ta’ ħbieb u meta l-pulizija avviċinawh, ħarab minn fuq il-post.
Meta ġrew warajh u qabduh, l-imputat darab lis-surġent.
Il-Qorti kkundannat lill-ħati biex iħallas multa ta’ elf u mitt ewro.