Raġel ta’ sebgħa u għoxrin sena li jgħix l-Imtarfa ammetta li beżża’ mara li se tintuża l-vjolenza kontriha.
Huwa ġie akkużat ukoll li heddidha u insulentaha anke permezz ta’ mezzi soċjali.
Il-Qorti semgħet kif l-imputat u l-vittma kienu jafu lil xulxin , iżda kien ossessjonat biha, tant li kien jagħmel kuntatt magħha b’mod regolari, u kien jara fejn kienet tkun.
Il-mara rrappurtatu lill-Pulizija wara li bagħtilha ritratti ta’ pistola ġdida li kien għadu kemm xtara.
Huwa wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, hekk kif stqarr li ma kellux intenzjoni li juża l-pistola.
Id-difiża talbet il-Qorti sabiex isir rapport ta’ qabel is-sentenza qabel tingħata l-piena, liema talba ġiet aċċettata mill-Qorti, li ordant ordni ta’ trattament fil-konfront tal-imputat.