Ali Ahmed Mohammed ta’ 24 sena mis-Sudan ġie kkundannat sena priġunerija wara li ttella’ l-Qorti akkużat b’serq, ksur ta’ paċi pubblika u li jgħix ħajja ta’ għażż.
Il-Prosekuzzjoni spjegat li l-Pulizija kienet daħlitilha rapport ta’ serqa fil-Ħamrun. Minn Cameras tas-sigurtá, intqal li l-Pulizija mill-ewwel identifikaw lill-imputat, għax ftit mumenti qabel kien qiegħed fl-għassa tal-Ħamrun minħabba li allegatament kien kiser il-paċi pubblika.
L-imputat fil-Qorti stqarr mal-interpretu tiegħu li huwa jixtieq imur il-ħabs, u għalhekk ammetta għall-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Qorti sabitu ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u kkundannatu għal sena priġunerija. Il-Qorti ordnat ukoll li jsegwi programm b’rabta ma vizzju ta’ droga